|
GHEZIEZ HBIEB,
Forsi mhux l-ewwel darba li naraw qtates għaddejjin fit-toroq taghna, u min jaf kemm hawn qtates ohra fid-djar u fil-gonna taghna!
Permezz ta' din ir-rokna xtaqt naqsam maghkom ftit taghrif fuq l-animali. Illum kif forsi stajtu tindunaw ser nitkellmu fuq il-qtates.
Il-qtates tad-djar ghalkemm jistghu jkunu ta' razza differenti imma kollha gejjin minn speci wahda. FELIS CATUS kellhom relazzjoni twila mal- umani. L-Egizzjani tal-Qedem seta' kellhom l-ewwel qtates tad-djar madwar 4,000 sena ilu. Egizzjani ta' qabel kienu jaduraw qattusa mara bhala l-alla taghhom. Kulturi madwar id-dinja wara, addottaw qtates bhala l-kumpanija taghhom.
Id-denb tal-qattus jista' wkoll jghinhom biex jibbilancjaw sew. Haga interessanti hi li l-qtates jikkomunikaw billi jimmarkaw sigar jew ghamara bid-dwiefer taghhom. Il-qtates jhobbu hafna l-ikel li nhobbu ahna izda importanti li naghtuhom l-ikel addattat ghalihom. Ilsienhom huwa maghmul goff apposta biex ilaqqtu l-ikel,u biex inaddfu lilhom infushom bih. Il-vista t'ghajnejhom hija ahjar bil-lejl milli bin-nhar fil-fatt jaraw sitt darbiet iktar minna bil-lejl.
Qattusa ddum minn tnejn u sittin sa hamsa u sittin gurnata biex ikollha l-frieh taghha. Huma jwelldu minn tnejn sa sitt qtates. Il-hajja ta' qattus li jghix gewwa dar hija madwar sittax-il sena izda qattus li jigri barra jghix mhux aktar minn hames snin. Qattus ghandu mitejn u tletin ghadma.
Kont taf li qattus jorqod medja ta' sittax-il siegha kuljum?
Qabel ma tiddeciedi li jkollok qattus bhala pet tieghek trid ticcekkja jekk intix allergika ghalihom. Importanti wkoll li kull membru tal-familja ma jkunx allergiku ghalihom. Bhal kull pet iehor trid ukoll tkun lest li tiehu hsiebu sew. Zgur ma tistax thalli qattus wahdu gurnata shiha ghax zgur ma jkunx qattus kuntent.
B'din l-informazzjoni naraw u nitghallmu dwar il-perfezzjoni ta' ALLA u kemm halaq kollox ezatt u ghalhekk iridu nhobbu u nirrispettaw mhux biss lil xulxin izda anke l-animali li hawn madwarna !
CAJTA: X ' INHU L-FILM FAVORIT TAL- QTATES?
THE SOUND OF MEWSIC !!!!!!!!
Caw
Justine Decelis (Burmarrad) |