Ġimgħa ta' Tagħlim Nisrani
Wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija tibda Ġimgħa ta' Tagħlim Nisrani. Tajjeb li nattendu għax kif kien igħid San Ġorġ Preca, It-Tagħlim hu l-Għajn ta’ kull Ġid.
It-Tlieta, 15 ta' ' Mejju 2012
Jum il-Familja.
Nitolbu għall-familji tagħna biex jibqgħu jimxu fit-triq it-tajba u meta jinqalgħu d-diffikultajiet ifittxu aktar it-tjubija u l-imħabba tal-Mulej minflok li jippruvaw idawru ħarsithom lejn il-frugħa tad-dinja.
Kull nhar ta' Tlieta, matul Mejju
Reċita tar-Rużarju.
Fil-17.30, quddiem il-knisja, matul ix-xahar ta' Mejju, ser jibda jingħad ir-rużarju.
Is-Sibt, 26 ta' Mejju 2012
Pasta Night
Il-Kumitat Festa ser jorganizza Pasta Night fiċ-Ċentru Parrokkjali fit-20.00. Dak in-nhar ukoll ikun qiegħed jintwera l-Finali tal-Eurovision Song Contest. Min hu interessat li jattendi jħalli ismu fis-sagristija jew ikellem lil helpers .
Is-Sibt, 1 ta' Ġunju 2012
Żjara lill-Parroċċa tal-Qalb ta' Ġesù tal-Fontana
Nitilqu bil-vapur tal-5.15pm biex imbagħad fis-7.00pm tibda l-quddiesa. Min jixtieq jiġi jħalli ismu fis-sagristija.
Fiċ-Ċentru Parrokkjali Sant Antnin
Librerija San Ġużepp ta' Kopertino
Il-Librerija tkun miftuħa kull l-ewwel Sibt tax-Xahar mid-9.00 sal-12.00.
Kappella tas-Sagrament
Il-Kappella tkun miftuħa wkoll kull nhar ta' Ħamis mid-9.00 sal-12.00.